Lokali

Aġġornata: Żagħżugħa Taljana ssofri ħruq f’Paceville

Żewġ żgħażagħ, ġuvni ta’ 16-il sena u tfajla Spanjola ta’ 17-il sena wkoll ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Żagħżugħa Taljana ta’ 16-il sena weġġgħat gravi wara li sofriet minn ħruq f’rasha u f’dahra f’inċident mhux tas-soltu f’Paceville.

L-inċident seħħ tul dan il-lejl meta għal xi raġuni l-barman kien qed jipprepara l-cocktails għall-klijenti Taljani meta fid-daqqa u l-ħin il-fjamma li kien hemm fuq il-cocktails inxterdet fuq iż-żagħżugħa.

Żewġ żgħażagħ, ġuvni ta’ 16-il sena u tfajla Spanjola ta’ 17-il sena wkoll ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, il-ġuvni ta’ 16-il sena ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-kundizzjoni medika tat-tfajla Spanjola għadha mhux magħrufa.

Il-barman kien arrestat filwaqt li dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali biex tinvestiga ċ-ċirkustanzi tal-inċident.