Lokali

AĠĠORNATA: Tfajla tittieħed l-Isptar Mater Dei wara ħabta frontali f’Ta’ Xbiex

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħa minn Ħ’Attard kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.20am fi Triq Abate Rigord, f’Ta’ Xbiex, meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt frontali bejn vann misjuq minn raġel ta’ 41 sena mill-Imsida u karozza, misjuqa mill-vittma ta’ 20 sena.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ħarġu t-tfajla mill-vettura hekk kif jider li kellhom jisgassaw il-bieba tal-karozza sabiex ħarġuha. Filwaqt li l-vittma ttieħdet l-isptar b’ambulanza għal aktar kura hija ġiet ċċertifikata li kienet qed issofri minn ġrieħi gravi.