Lokali

Alfred Grixti b’attakk fuq iċ-Chairman tal-Kumitat PANA

Aktar esponenti tal-Partit Laburista jinfexxu f'attakk fuq iċ-Chairman tal-Kumitat PANA Werner Langen

Aktar esponenti tal-Partit Laburista jattakkaw liċ-Chairman tal-Kumitat PANA Werner Langen – dan wara li l-MEP Ġermaniż ikkundanna aktar minn darba lill-Gvern Laburista dwar l-involviment tiegħu fl-iskandlu tal-Panama Papers, u issa aktar riċenti dwar kif il-Gvern Laburista keċċa lil żewġ uffiċjali tal-Aġenzija tal-Gvern dwar il-Ħasil tal-Flus (FIAU).

Alfred Grixti – li jokkuppa wkoll il-kariga ta’ Kap Eżekuttiv għall-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – fuq Facebook infexx f’attakk fuq iċ-Chairman tal-Kumitat PANA Werner Langen. Alfred Grixti qal li hu m’għandu l-ebda dritt li jindaħal fuq dak li jsir f’Malta – minkejja li hu jmexxi l-kumitat li qed jinvestiga l-iskandlu tal-Panama Papers fuq livell Ewropew.

Iċ-Chairman tal-Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew Werner Langen għamel talba formali lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għal spjegazzjoni dwar it-tkeċċija ta’ żewġ Uffiċjali għolja mill-FIAU.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-ġurnal The Times of Malta rrapporta kif Langen qed jargumenta mal-Gvern Malti li t-tkeċċija ta’ dawn iż-żewġ Uffiċjali saret mingħajr ġustifikazzjoni u daħlet fis-seħħ ftit tal-jiem biss wara li l-Ministru Scicluna pprova joħloq dubji dwar l-intenzjoni wara r-rapporti maħruġa mill-Aġenzija nnifisha.

Werner Langen – iċ-Chairman tal-Kumitat PANA