Futbol Sport

Antonio Rüdiger jingħaqad ma’ Chelsea

Rüdiger preżentat bil-flokk ta' Chelsea

Chelsea ħabbru uffiċjalment li akkwistaw lid-difensur ta’ Roma Antonio Rüdiger wara li għadda mill-eżamijiet mediċi u ffirma kuntratt ta’ ħames snin. L-aġenti kienu Londra s-Sibt biex jagħlqu l-ftehim, wara li ż-żewġ timijiet qablu fuq trasferiment li jista’ jitla għal ftit aktar minn €38 miljun.

Rüdiger b’hekk sar it-tieni akkwist ta’ Chelsea wara l-akkwist tal-gowlkiper eks Manchester City Willy Caballero. Il-Blues għalqu dan il-ftehim wara li fallew it-tentattivi tagħhom li jakkwistaw lill-attakkant Romelu Lukaku li se jingħaqad ma’ Manchester United, mossa li frustrat lil Antonio Conte.

L-internazzjonali Ġermaniż lagħab għal żewġ staġuni ma’ Roma u wara li għamel l-ewwel staġun b’self, ingħaqad mat-tim tal-kapitali b’mod permanenti fis-sajf li għadda għas-somma ta’ €8.5 miljuni.