Il-Brittaniku Chris Froome żamm il-flokk l-isfar, hekk kif il-Kolombjan Rigoberto Uran rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France. Il-Franċiż Warren Barguil kien qed jibki bil-ferħ wara li ħaseb li rebaħ, iżda ritratt tal-photo finish urew li Uran daħal qabel.
L-isfidant għar-rebħ Richie Porte kraxxja wkoll f’inċident li kien involut ukoll Dan Martin, b’tal-ewwel jitpoġġa f’neck brace u jittieħed f’ambulanza. It-tabib tal-BMC Racing Team qal li Porte ma ntilifx minn sensih u n-neck brace ttieħdet bħala prekawzjoni.
Chris Froome li temm l-istadju fit-tielet post, b’vantaġġ ta’ 18-il sekonda fuq Fabio Aru ta’ Astana, filwaqt li l-Franċiż Romain Bardet jinsab it-tielet 51 sekonda wara ċ-ċiklist ta’ Team Sky.
Klassifika ġenerali
1. Chris Froome 38:26.28
2. Fabio Aru +18-il sekonda
3. Romain Bardet +51 sekonda
4. Rigoberto Uran +55 sekonda
5. Jakob Fuglsang +minuta 37 sekonda
6. Daniel Martin +minuta 44 sekonda
7. Simon Yates +2 minuti 2 sekondi
8. Nairo Quintana +2 minuti 13-il sekonda
9. Mikel Landa +3 minuti 6 sekondi
10. George Bennett +3 minuti 53 sekondi
//= $special ?>