Kevin Strootman jittama li t-trasferiment ta’ Antonio Rüdiger ma’ Chelsea hu l-aħħar wieħed ta’ plejers li jitilqu lil Roma. It-tim mill-kapitali Taljana biegħu wkoll lil Mohamed Salah lil Liverpool u Leandro Pareded lil Zenit, filwaqt li Francesco Totti rtira u bi spekulazzjoni dwar il-futur ta’ Kostas Manolas.
Id-direttur sportiv Monchi nsista din il-ġimgħa li mhux se jħallu plejers integrali jitilqu minn mal-klabb, iżda Monchi kien fil-mira tal-partitarji minħabba li ħallew lil fost l-aqwa plejers fit-tim jitilqu.
Minbarra l-bejgħ ta’ dawn il-plejers, Roma kienu attivi wkoll fl-akkwist ta’ plejers ġodda. Huma akkwistaw lil Rick Karsdorp, Lorenzo Pellegrini, Hector Moreno u Maxime Gonalons, filwaqt li Bruno Peres, Juan Jesus u Federico Fazio huma ta’ Roma b’mod permanenti.
//= $special ?>