Is-sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas kiseb it-tieni rebħa tal-karriera tiegħu wara li rebaħ il-Grand Prix tal-Awstrija fi Spielberg. Hu rnexxielu jirbaħ wara li kellu jiddefendi l-pressjoni finali ta’ Sebastian Vettel li temm fit-tieni post.
L-istess jista’ jingħad għall-Awstraljan tar-Red Bull Daniel Ricciardo li spiċċa fit-tielet post wara li rebaħ it-taqtigħa mas-sewwieq l-ieħor tal-Mercedes Lewis Hamilton. Kimi Raikkonen temm il-ħames segwit minn Romain Grosjean ta’ Haas. Sergio Perez, Esteban Ocon, Felipe Massa u Lance Stroll komplew l-ewwel għaxra.
Fil-klassifika ġenerali, Sebastian Vettel jinsab fil-quċċata b’171 punt u kabbar id-distakk għal 20 punt fuq Lewis Hamilton. Valtteri Bottas jinsab it-tielet b’136 punt filwaqt li Daniel Ricciardo għandu 107 punti.
//= $special ?>