Everton ikkonfermaw li reġgħu akkwistaw lil Wayne Rooney wara 13-il sena ma’ Manchester United. Il-plejer ta’ 31 sena ffirma kuntratt ta’ sentejn biex irritorna mal-klabb li lagħab miegħu meta kien żgħir, u li għamel id-debutt fil-Premier League meta kien għad kellu biss 16-il sena.
“Ilu ftit minn meta għidt li l-uniku klabb tal-Premier League li nilgħab miegħu minbarra Manchester United kien Everton, u għalhekk kuntent li t-trasferiment seħħ. 13-il sena ilu mort ma’ Manchester United bl-intenzjoni li nirbaħ ħafna tazzi u kont fortunat li nkun parti minn wieħed mill-aktar perjodi ta’ suċċess fl-istorja tal-klabb,” qal Rooney.
L-Ingliż kompla jgħid li rritorna ma’ Everton għaliex jemmen li Ronald Koeman qed jibni tim li jista’ jirbaħ xi ħaġa u jinsab ħerqan li jilgħab parti li jagħmel dan realtà għal klabb li ilu jissapportja minn meta kien għadu tifel.
Il-manager ta’ Everton Ronald Koeman qal li Rooney wera ambizzjoni li jkun hemm mentalità rebbieħa. Hu kompla jgħid li jaf kif jirbaħ l-unuri u ninsab kuntent li ddeċieda li jirritorna.
“Hu jħobb lil Everton u kien iddisprat li jiġi lura. Għad għandu 31 sena u ma għandix dubju dwar il-kwalitajiet tiegħu. Hi ħaġa fantastika li jinsab hawn.”
//= $special ?>