Żagħżugħ mir-Rabat, Malta, tilef ħajtu wara li nstab mitluf minn sensieh f’għalqa qrib post tad-divertiment fi Triq Ħal Għhargħur, l-Iklin.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tal-04.45am meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-ġuvni ta’ 22 sena intilef minn sensieh u ssejħet immedjatament l-għajnuna tal-Pulizija tad-Distrett u tim mediku tal-ambulanzi. Filwaqt li l-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Sadanittant bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr M. Vella LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>