Antonio Cassano se jkun qed jirritorna jilgħab hekk kif il-veteran iffirma kuntratt ta’ sena mat-tim promoss ta’ Verona. Cassano kien ilu minn Jannar ta’ din is-sena mingħajr klabb wara li nħall mill-kuntratt li kellu ma’ Sampdoria.
Fattur interessanti se jkun li ma’ Verona bħalissa hemm ukoll l-attakkant Giampaolo Pazzini, żewġ plejers li fil-passat lagħbu flimkien ma’ Sampdoria fejn ħolqu koppja ta’ attakk li wasslet lil Sampdoria sar-raba’ post u kwalifikazzjoni għaċ-Champions League.
Cassano se jagħlaq 35 sena għada u għalih dan se jkun is-seba’ klabb fil-karriera wara li għamel id-debutt ma’ Bari, lagħab ma’ Roma, Real Madrid, Sampdoria, Milan, Inter u Parma. L-interess ta’ Verona f’Cassano kien ilu, hekk kif saħansitra kienu għamlu offerta lit-Taljan f’Jannar li għadda.
//= $special ?>