Lokali Parlament

Bedingfield issa b’kariga fil-Parlament

Il-Gvern ħatar lid-deputat Laburista Glenn Bedingfield bħala Assistent Chairman tal-Kumitati Parlamentari bl-Oppożizzjoni tivvota kontra.

Din il-mozzjoni tressqet mill-Prim Ministru Joseph Muscat fis-seduta parlamentari tal-lejla u kienet approvata mid-deputati tal-Gvern.

Id-deputat Laburista Glenn Bedingfield issa se jkun qed jippresiedi d-dibattitu parlamentari meta l-Ispeaker iħalli l-parlament u ikun qed jiddiskuti l-estimi tal-budget.

Glenn Bedingfield kien fiċ-ċentru ta’ kontroversja qabel l-aħħar elezzjoni meta mill-uffiċċju tiegħu fil-Berġa ta’ Kastilja kien imexxi sit fuq l-internet li fih kenu jiġu attakkati diversi persuni fil-PN.