Ċiklista ta’ 46 sena mill-Mellieħa weġġgħet gravi wara li dalgħodu ntlaqtet minn vann fi Triq l-Etna, il-Mellieħa.
Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu meta waqt li l-mara kienet qed issuq ir-rota, hi ntlaqtet mill-vann misjuq minn raġel ta’ 40 sena mill-Imqabba.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
//= $special ?>