Futbol Sport

Diego Costa assenti mill-bidu tal-pre-season ta’ Chelsea

Teżisti spekulazzjoni li Diego Costa jista' jitlaq lil Chelsea

L-attakkant ta’ Chelsea Diego Costa kien skużat mill-bidu tal-pre-season tal-klabb. L-assenza ta’ Costa waslet wara qbil bejn iż-żewġ partijiet, hekk kif iċ-Champions Ingliżi bdew it-taħriġ ilbieraħ.

Costa, li għandu 28 sena, żvela f’Ġunju li Antonio Conte kien qallu li ma jidħolx fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li jmiss, minkejja li skorja 20 gowl l-istaġun li għadda hekk kif Chelsea rebħu l-Premier League.

Costa għadu jrid jassigura li jitlaq minn Stamford Bridge, iżda kien lest li jirritorna għat-taħriġ minkejja li l-inċertezza dwar il-futur. Rapporti fl-Ingilterra qed jgħidu li Atletico Madrid huma interessati f’Costa u huma mistennija li jagħmlu offerta għalih. Iżda Atletico bħalissa ma jistgħux jixtru plejers u jekk it-trasferiment iseħħ, Diego Costa jkun jista’ jilgħab biss minn Jannar.

L-akkwist il-ġdid Antonio Rüdiger ukoll mhux parti mill-iskwadra, hekk kif jinsab bil-vaganzi wara li lagħab mal-Ġermanja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Id-difensur ingħaqad minn ma’ Roma fuq kuntratt ta’ ħames snin għal somma li tista’ titla sa €39 miljun.