Lokali Parlament

Diskors sabiħ fuq il-karta…bil-fatti l-Gvern jagħmel l-oppost

– Ryan Callus, PN

Meta kien qed jitkellem fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li fuq il-karta fid-Diskors tat-Tron, il-Gvern għamel diskors sabiħ li ħadd ma jista’ jkun kontrih iżda fil-verità l-Gvern għażel li jibqa’ għaddej bit-transfers li ġew mgħotija. Għalhekk dan ma kinx diskors li l-gvern verament jemmen fih.

Ryan Callus semma l-ħaddiema li kienu jaħdmu f’Heritage Malta li dejjem qdew dmirhom iżda xorta kienu trasferiti. Id-deputat Nazzjonalista semma ż-żewġ ħaddiema tal-FIAU li ħadmu b’interess tal-aġenzija li jaħdmu fiha u li kkonkludew li għandha tittieħed azzjoni kriminali fil-konfront taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru. Talli għamlu xogħlhom, dawn il-ħaddiema tkeċċew mill-kariga tagħhom.

Ryan Callus ppropona li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jkun maħtur b’żewġ terzi tal-Kamara, bħall-Kamandat tal-Forzi Armati. Hu semma wkoll in-nuqqasijiet fl-infrastruttura tal-pajjiż u qal li fl-aħħar erba’ snin din ġiet abbandunata bil-problema tat-traffiku tkompli taggrava.