Mara ssofri ġrieħi ġravi wara li dalgħodu ttajret minn fork lifter fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Emmanuel Magri.
Jirriżulta li l-inċident seħħ meta waqt li kien qed isir xi xogħol bil-fork lifter fit-triq, kienet għaddejja l-mara ta’ 55 sena minn Santa Venera li ntlaqtet mill-istess fork lifter li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 52 sena mill-Mellieħa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Demicoli li ħatret esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>