Minn għada jiftħu n-nomini għall-elezzjoni każwali biex jimtela’ s-siġġu fil-Parlament Ewropew li ġie vakat minn Therese Comodini Cachia, wara li din kienet eletta fil-Parlament Nazzjonali fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Il-kandidati li kkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2014 għandhom ċans sa nhar is-Sibt sabiex jitfgħu in-nomina tagħhom.
L-Elezzjoni każwali sa ssir it-Tlieta 18 ta’ Lulju mit-8.30 a.m. ‘il quddiem.
//= $special ?>

