Ġuvni residenti ż-Żebbuġ Għawdex dalgħodu tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex.
Il-ġuvni, ta’ 19-il sena, qed ikun akkużat li lbieraħ kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja imposti fuqu mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex u talli fil-lock-up u fil-garaxx tal-Pulizija ta’ Għawdex, attakka u għamel reżistenza fuq Uffiċjali tal-Pulizija u ma obdiex l-ordnijiet tagħhom.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>