Lokali

Il-kontenituri tal-ilma ta’ EcoPure Limited se jinġabru lura

EcoPure Limited qed tavża li, minħabba ħsara teknika f’l-impjant tal-mili, l-integrità mikrobijoloġika ta’ xi kontenituri setgħat ġiet affettwata. Għalhekk, bħala miżura ta’ prekawzjoni u biex tiżgura li l-ilma tax-xorb tagħha jkollu dejjem l-ogħla standards ta’ kwalità, il-kumpanija se tiġbor lura l-kontenituri tat-18.9 litri u tal-10 litri, kif indikat hawn taħt.

Biex jiġu identifikati l-kontenituri li għandhom jiġu rritornati se jintużaw il-kodiċi tal-produzzjoni stampati fuq it-tapp tal-kontenituri ta’ EcoPure.

Il-kontenituri kollha sal-kodiċi sa’ lott 188, se jinġabru u jinbidlu.

Filwaqt li tiskuża ruħha għall-inkonvenjent li tista’ toħloq din il-miżura, il-kumpanija tiżgura lill-klijenti leali tagħha li hija impenjata biex issolvi din il-problema fl-inqas żmien possibbli.