L-abbozz ta’ liġi li jitratta iż-żwieġ bejn persuni tal-istess ess kien approvat mill-istadju ta’ kumitat wara l-aħħar seduta lillejla ħadet tliet siegħat.
Tul id-diskussjoni fil-kumitat spikka l-mod kif il-gvern warrab il-maġġoranza assoluta tal-emendi li ressqet l-Oppożizzjoni u li kienu bbażati fuq il-fatt li l-liġi kellha ssaħħaħ l-ugwlajanza billi, fost l-oħrajn, tibqa’ ttirrikonoxxi l-omm u l-missier.
Il-pożizzjoni tal-gvern kienet li dawn l-emendi tal-Opożizzjoni ma kinux konfermi mal-politika tal-gvern li kien qed jikkunsidrahom bħala emendi li jnaqqsu l-ugwaljana għaliex il-gvern ried termini li ma ma jagħmlux distinzjoni dwar il-ġeneru.
L-abbozz issa jmur quddiem il-parlament għall-vot finali.
Fil-kumitat il-Gvern kien rappreżentat mill-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Owen Bonnici u d-deputat Laburista Robert Abela waqt li l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mill-Viċi-Kap Mario de Marco u mid-deputati David Agius, Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Edwin Vassallo.
//= $special ?>

