– Carm Mifsud Bonnici, PN
Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li l-Gvern għandu jitratta bi prijorità l-problema kbira tal-kirjiet tad-djar għaliex din qed tkisser diveri persuni. Din hi prijorità.
Fid-diskors tigħu dwar id-Diskors tat-Tron, Carm Mifsud Bonnici qal li fir-realtà mhux il-problemi kollha tal-pajjiż kienu solvuti kemm ilu li tela’ l-Gvern Laburista. Hu spjega kif gvern Nazzjonlaista solva numru kbir ta’ problemi fil-perjodu tal-kriżi internazzjonali u tal-gwerra ħvili ifl-Libja. Dan filwaqt li l-gvern Nazzjonalista bena strutturi differenti minn dawk li kien hemm qabeel.
Hu qal li d-diskors tal-President kienet wieħed realistiku li fih irrikonoxxa l-problemi nazzjonali fosthom il-faqar, il-persuni bi bżonnijiet soċjali, prekarjat, ambjent u djar.
Id-diskors tal-President qed iġib iż-żewġ naħat tal-Kamra għar-realtà u miss il-parti tas-soċjetà li hi l-iktar parti batuta. Dan iżda ma jagħtix soluzzjonjiet għal kull problema u l-miżuri proposti ma jwassalux għal soluzzjonijiet.
Id-deputat Nazzjonalista semma l-proposta tal-Oppożizzjoni għal skrutinju tal-ambaxxaturi u għal persuni li jokkupaw karigi f’awtoritajiet. Dan hu kruċjali u jitlob li jkun hemm kooperazzjoni bejn iż-żweġ naħiet tal-Kamra.
Carm Mifsud Bonnici qal li l-viżjoni hi waħda materjalista u qal li l-bniedem qed ikun ikkunidrata biss fid-dimensjoni ekonomika tiegħu. Il-volontarjat u s-solidarjetà ma huma inklużi imkien waqt l-individwaliżmu qed jissaħħaħ. Dan hu pass żbaljat għaliex is-soċjetà trid tħares lejn prinċipji iktar qawwija u lejn id-dinjità tal-bniedem u l-familja.
Id-deputat Nazzjonalista qal li x-xogħol għandu jkun wieħed li jagħti dinjità lill-bniedem iżda fir-realtà hemm ferm iktar nies li baqgħu impjegati fil-part-time waqt li hawn iktar nies li qed imorru għal xogħol part-time għax hux qed ilaħħqu mal-ħajja. Mhux qed isir biżżejjed quddiem dawn ir-realtajiet.
Carm Mifsud Bonnici kompla li hawn ħafna nies li qed isibuha diffiċli biex jieħdu l-benefiċċji soċjali li jkunu inqatgħulhom. Dwar id-djar soċjali, Mifsud Bonnici qal li din problema kbira li ġiet aggravata bil-fatt li ma nbena ebda proġett ta’ djar soċjali ġodda fl-aħħar erba’ snin.
Hu semma l-kirijiet u qal lil-pezzijiet żdiedu ferm iktar milli għandhom jiżdiedu minħabba l-influss ta’ persuni barranin f’Malta u minħabba li issal-kirijiet qed ikunu intaxxati bbil-konsegwenza li din it-taxxa għaddiet fuq in-nies. Il-problema hi l-ammont tal-kirijiet u mhux it-tarifffi.
Carm Mifsud Bonnici qla li l-gvern ma daħħal l-ebda miżuri biex jikkontrolla l-kirjiet, bil-konsegwenza li din se ktompli tikber u tweġġa; lill-poplu. Għalhekk din għandha tieħu prijorità nazzjonali.
Hu tkellem kuoll il-liġijiet favur il-prsuni bi bżonnijiet spċjali u qlai l-liġi li kien daħħal il-Gvern Nazzjonalista fl-2000 kienet waħda avvanzata iżad llum din għanha bżonn li terġa’ tkun ikkunsidrata.
Carm Mifsud Mifsud Bonnici qal li l-prekarjat ma kinx inkluż fid-diskors u qal li din hhi problema li mhix tkun ikkunsidrata.
//= $special ?>