Lokali

Imut l-anzjan li waqa’ minn fuq sellum fl-Armier

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Miet l-anzjan ta’ 63 sena mill-Gżira, li tlett ijiem ilu waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq saqaf f’kamra l-Armier.

L-Anzjan miet il-Ħadd, wara li għamel jumejn jirċievi l-kura fis-sezzjoni tal-kura intensive tal-isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ nhar il-Ġimgħa fi Triq il-Gambli għall-ħabta tal-4p.m. meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli ta’ madwar sular minn fuq is-sellum.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.