Ingħata l-liberta’ proviżorja l-Barman li fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet ġie arrestt wara li kkawża inċident li fih tlett żgħażagħ sofrew xi ħruq. L-inċident seħħ fi stabbiliment f’Paceville Bacco. Jirriżulta li fil-proċess tal-arrest sar xi żball tekniku u minħabba f’hekk kellu jingħata l-liberta’ proviżorja.
Il-barman hu żgħażugħ mill-Maċedonja u għandu 22 sena u joqogħod is-Swieqi. Hu issa għandu jitressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi b’mod involontarju. Fl-inċident weġġgħu żewġ taljani ta’ 16-il sena u tfajla Spanjola ta’ 17-il sena. It-tlieta li huma sofrew xi ħruq f’wiċċhom u anke f’aprtijiet oħra f’ġisimhom.
Il-Ħadd il-barman tressaq il-Qorti b’urġenza iżda l-Maġistrat li deher quddiemu, Donatella Frendo Dimech, ma setgħetx tisma’ l-kawża għaliex hu suppost tressaq quddiem il-Maġistrat tad-distrett ta’ San Ġiljan.




