Basketball Sport

Kurt Cassar u Sophie Abela jirbħu l-aqwa plejers tat-tournaments

Kurt Cassar u Sophie Abela jirċievu l-unur tal-aqwa plejers tat-tournaments

Minbarra l-prestazzjonijiet pożittivi tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt it-18-il sena f’Ċipru, kien hemm aħbar oħra pożittiva hekk kif iż-żagħżugħ Kurt Cassar ntgħażel bħala l-aqwa plejer tat-tournament fost l-aqwa ħamsa tat-tournament.

Cassar kien strumentali fir-rebħa tal-Ħadd li ż-żgħażagħ Maltin għamlu fuq il-Moldova, b’31 punt, 20 rebounds u 5 blocks, biex b’hekk it-tim Malti spiċċa fit-tielet post. Kurt Cassar li preżentament jilgħab fl-Italja, tul it-tournament kellu medja ta’ 28.8 punt, 23.6 rebound u 3.6 blocks kull logħba.

Unur ieħor personali ntrebaħ fil-basketball femminili hekk kif Sophie Abela rebħet ukoll l-aqwa plejer tat-tournament tan-nisa ta’ taħt it-18-il sena. Sophie Abela kienet strumentali biex it-tim Malti tan-nisa temm ukoll fit-tielet post. Abela li għad għandha 17-il sena kienet dominanti b’medja ta’ 10 punti, 11-il rebawnd, 3.3 steals, 2.8 assists u 1.8 blocks kull logħba.