Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni bi proposti li jtejbu l-ħajja ta’ min hu l-aktar fil-bżonn

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li f’din il-leġiżlatura l-Oppożizzjoni se tkun qed tressaq proposti bl-iskop li jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ min hu l-aktar fil-bżonn.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar id-Diskors tat-Tron mill-President ta’ Malta, Claudio Grech qal li dan kien diskors li jawgura tajjeb għal din il-leġiżlatura u sostna li l-PN għandu rispett sħiħ lejn ir-riżultat elettorali għaliex dejjem emmnet fid-demorkazija, anki meta din kienet mhedda.

Claudio Grech qal li l-messaġġ tal-għaqda fid-diskors tal-President kien wieħed f’waqt u f’postu għaliex l-għaqda fil-politika mhix kunċett astratt. L-għaqda m’għandhiex tkun fuq il-karta iżda għandha tkun fl-azzjonjiet u fil-mod kif id-deputati jġibu ruħhom ma’ xulxin.

L-għaqda sseddaqha kemm meta għandek raġun kif meta ma jkollokx raġun, sostna Clauddio Grech, li kompla li l-għaqda trid tinkiseb kemm fis-sutsanza kif ukoll fil-forma ta’ kif jinġiebu l-affarijiet fil-parlament. It-tribaliżmu eċċċessiv hu ingredjent ewlieni tal-firda fil-pajji, sostna Claudio Grech.

Hu sostna li hemm numru ta’ materji li fuqhom għandu jinstab qbil bi pjan komuni għalihhom. Fost dawn hemm il-pensjonijiet, is-saħħa, l-infrastruttura u fuq kollox il-faqar materjali u edukattiv.

Kunsens ma’ jsirx qbil fuq kollox iżda li l-partiti jibnu fuq dak li jaqblu fuqu. Biex tinkiseb din l-għaqda hemm vjaġġ twil biex il-fiduċja terġa’ tinbena; vjaġġ li jrid ikun ibbażat fuq l-azzjonijiet. F’dan il-vjaġġ għandu jinstab il-valur prattiku tad-demokrazija.

Claudio Grech semma t-tiġdid kostituzzjonali u qal li l-ġlieda politika għandha tkun elevata fuq il-livell ta’ ideat billi jkun hemm iktar riċerka u li l-partiti jkollhom il-kurraġġ li jiftħu l-bibien tagħhom. Fil-proċess polittiku u leġiżlattiv ikun hawn id-diversità rappreżentata kemm fuq livell ta’ partit kif ukoll fuq livell nazzjonali għaliex l-elettorat hu varjat.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jekk id-deputati jsiru robots allura m’hemmx bżonn li jiddibattu. Allahares il-politiċi jsiru robot sli iblfors iridu jimxu mal-programm elettorali għaliex il-porgrmam leġiżlattiv ma jkun ifisser xejn. Trid issir ħidma fu ql-oqsma li jridu jingħataw l-importanza iżda għandha tingħata attenzjoni kbira lill-fqar. Irridu nkunu l-vuċi ta’ dawn in-nies, sostna Claudio Grech, li kompla li trid tingħata attenzjoni kbira lill-problema tad-droga li qed toħloq miżerja kbira.

Claudio Grech qal li hawn possibblità li f’din il-leġiżlatura issir id-differnza mhux bit-tgħajjir billi jkun analizzat biex id-deputati jistgħu jagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.