Futbol Sport

Lukaku preżentat bħala plejer ta’ Man United

Lukaku preżentat uffiċjalment bħala plejer ta' Man United

Il-klabb tal-Premier League Ingliż Manchester United ħabbru b’mod uffiċjali l-akkwist ta’ Romelu Lukaku mingħand Everton. Lukaku ffirma kuntratt ta’ ħames snin bl-għażla għal sena oħra, wara li għamel l-eżami mediku f’Los Angeles fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Rapporti fl-Ingilterra qed jgħidu li t-trasferiment jista’ eventwalment jitla’ għal €100 miljun, wara li United għelbu l-isfida ta’ Chelsea għal firma tal-attakkant Belġjan. Lukaku ngħaqad ma’ sħabu l-ġodda f’Los Angeles bi preparazzjoni għal bidu ta’ staġun fl-Istati Uniti, minkejja li mhux se jilgħab fl-ewwel logħba ta’ Man United f’dan l-istaġun kontra LA Galaxy fi tmiem il-ġimgħa.

Mourinho li kkowċja lil Lukaku ma’ Chelsea qal lis-sit uffiċjali ta’ United li Lukaku hu għażla naturali għal Manchester United, għandu personalità u plejer kbir. Mourinho kompla jgħid li għalih hi naturali li jrid jiżviluppa l-karriera tiegħu fl-ikbar klabb.