Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Londra stqarret li sebgħin ħaddiem minn tagħha tqabdu mhux ftit sabiex ikkontrollaw nirien kbar ġewwa Camden Lock Market, binja popolari f’Londra, fis-siegħat bikrin tat-Tnejn filgħodu. Intbgħatu għadd ta’ vetturi tat-tifi tan-nar u ambulanzi sabiex jassistu lill-midruba fuq il-post. Fortunatament, ma kien hemm l-ebda rapport ta’ nies feruti.
Huma appellaw lill-publiku sabiex jevitaw l-inħawi maħkuma min-nar, nar li nfirex kemm fl-ewwel tliet sulari u kif ukoll fuq il-bejt tal-binja. Ritratti mxerrdin fuq il-midja soċjali juru nirien kbar u binja maħruqa kompletament ta’ dan is-suq popolari man-nies ta’ Londra u t-turisti fit-tramuntana ta’ Londra.
Joan Ribes xehed mal-Press Association kemm in-nar infirex malajr u kif minkejja li n-nies segwew mill-viċin dan in-nar, huma beżgħu li xi ħin jew ieħor l-binja setgħet tisplodi peress li kien hemm ristoranti bil-kċejjen fil-viċinanzi.
//= $special ?>