Serb ta’ 28 sena tressaq il-Qorti talli fit- 8 ta’ Lulju, fil-ġranet ta’ qabel, kellu fil-pussess tiegħu d-droga ecstasy, pjanta tal-kannabis jew parti minnha, resina tal-kannabis u kokaina. Huwa ġie akkużat ukoll li kellu l-imsemmija droga f’distanza ta’ inqas minn 100 metru minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Is-Serb residenti San Pawl il-Baħar tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex.
Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest u ordnat li jinżamm arrestat il-Ħabs.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Tabone.
//= $special ?>

