It-tim nazzjonali Malti tal-Basketball ta’ taħt it-18-il sena, temm il-Kampjonat Ewropew ta’ Diviżjoni Ċ tal-FIBA fit-tielet post, wara li fl-aħħar logħba tat-tournament għeleb lil Moldova 68-61.
Iż-żgħażagħ Maltin kellhom jilagħbu din il-partita wara li s-Sibt wara nofsinhar tilfu s-semifinali kontra Ċipru fl-aħħar sekondi. F’din il-partita, reġa’ spikka ż-żagħżugħ Malti Kurt Cassar li skorja total ta’ 31 punt, 20 rebounds u 5 blocks.
It-tim Malti beda tajjeb u rebaħ l-ewwel taqsima 21-18, iżda reazzjoni mill-Moldova waslet biex daħlu jisrieħu 33-32 minn fuq. Iż-żgħażagħ Malti reġgħu marru minn fuq fit-tielet taqsima u rnexxielhom jikkontrollaw sat-tmiem.
//= $special ?>