Lokali Parlament

Transfers politiċi saru anki qabel il-ministri daħlu fil-ministeri

– Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal li kien hemm transfers f’diversi dipartimenti fosthom fil-pulizija, fil-Valletta 2018 u f’Heritage Malta. Dan sar qabel il-ministri ħadu l-ġurament tal-ħatra. Il-Kummissjoni Ewropea ukoll għorkitha għajnha mit-tranfers politiċi fil-Valletta 2018. Dan qed jhedded il-prestiġju u s-suċċess ta’ dan l-avveniment.

F’diskors fil-parlament dwar id-Diskors tat-Tron tal-President kkritika wkoll it-tkeżżija taż-żewġ uffiċjali tal-FIAU ftit wara li l-Ministur tal-Finanzi attakka lil min kien qed jinvestiga.

Hemm ukoll it-tkeċċija ta’ Godwin Caruana, li kien responsabbli mill-MITA u li kien qed imexxi l-inkjesta dwar il-Pilatus Bank.

Toni Bezzina qal li min jikkritika lill-gvern qed ikun ikkunsidrat traditur bil-media favur il-gvern li tħeġġeġ it-twarrib min-nofs ta’ dawn il-ġurnalisti li jikkritikaw lill-gvern.

Il-ħatra tal-ex editur tal-orizzont Joseph Caruana f’Kastilja hi konferma oħra li l-gvern irid ikompli jżra’ l-firda flok iġib l-għaqda.

Hu qal li l-ġid mhux jitqassam b’ġustizzja ma’ min hu fil-bżonn u staqsa jekk il-gvern hux jipprovdi l-finanzi biex il-kunsilli lokali jtejbu l-ambjnet tal-madwar.

Il-gvern għandu jikkonsulta iktar mal-kunsilli lokali biex dawn jilħqu l-aspettativi taċ-ċittadini.