Ċiklist jinsab f’kundizzjoni gravi wara impatt li kellu ma’ vann fi Triq il-Panorama l-Qrendi. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9am fejn kien hemm impatt bejn vann misjuq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Imtarfa u r-rota misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imqabba.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liċ-ċiklist l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>