Lokali Parlament

Il-gvern għandu konfużjoni ta’ korruzzjoni

Marlene Farrugia

– Marlene Farrugia, PD

Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia qalet li l-elezzjoni ssejħet bikrija għaliex il-gvern ta’ Joseph Muscat kellu u għandu konfużjoni ta’ korruzzjoni.

Meta kienet qed titkellem fil-aprlament fid-dibattitu dwar id-Diskors tat-Tron, Marlene Farrugia qalet li issejħet elezzjoni sena qabel biex kif qal il-Prim Ministru tintilef sena u jintrebħu ħamsa oħra. L-elezzjoni issejħet ħaliex fi ħdan il-gvern kien hemm konfużjoni ta’ korruzzjoni.

Kont nistenna li wara li rebaħ, il-Prim Ministru kien ineħħi l-konfużjoni ta’ korruzzjoni li għandu, sostniet Marlene Farrugia, li kompliet li neis fil-qalba tal-gvern għandhom interessi oħra.

Kien hemm diversi skandli apparti dak tal-Panama. Dmir l-Oppożizzjoni hu li tiskrutinizza l-ħidma tal-gvern, sostniet Marlene Farrugia, kkritika lill-gvern għad-diżastru li qed iwettaq fl-ambjent.

Il-emssaġġ li qed jagħti dan il-gvrn hu jneħħu nies kompetenti u kwalifikati biex minlfokhom poġġa oħrajn. Il-gvern neħħa lil min kien qed imexxi l-FIAU biex il-poplu żgur ma jkollux fuq min iserraħ.

Marlene Farrugia kkritika d-dikjarazzjoni tal-Ministru Helena Dalli li fil-kumitat parlamentari m’aċċettax il-proposti tal-Oppożizzjoni dwar iż-żwieġ bejn koppji tal-istess sess u qalet li l-parlament mhux supermarket.

Marlene Farrugia semmiet smartcity u qalet li din ingħatat b’diversi kundizzjonijiet li ma twettqux u għalhekk il-gvern Laburista kollu joħodha lura iżda l-gvern mar jisselelf mill-European Investment Bank biex jibni id-djar soċjali.

Il-gvern qal ukol li mill-fond taċ-ċittadinanza l-gvern se jibni d-djar iżda l-artijiet tal-poplu tawhom li min riedu huma waqt li għadu mhux stabbilit min ħa l-art ta’ smartcity. L-intenjzoni tal-gvern hi li jidħak bin-nies u kun arroganti, sostniet Marlene Farrugia.