– Mario de Marco, PN
Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma tal-Parlament Mario de Marco qal li l-gvern ma żammx keltmu dar l-għaqda nazzjonali.
Fid-dibattitu dwar id-Diskors mit-Tron, Mario de Marco rrifera għad-Diskors tat-Tron tal-leġiżlatura ta’ qabel u qal li l-poplu għandu jiffoka fuq dak li wettaq il-gvern.
Erba’ snin ilu, l-Gvern wiegħed li se jservi lill-poplu iżda fir-realtà kien hemm sħaba sewda fuq il-gvern meta ftit ġranet wara l-ftuħ tal-parlament mar serva lilu nnifsu bi ftuħ tal-kumpaniji privati fil-Panama.
Mario de Marco qal l-gvern wiegħed li kulħadd iħossu parti mis-suċċess tal-pajjiż iżda l-moviment li fuqu tela’ l-gvern Laburista llum spiċċa.
Il-gvern kien biddel is-segretarji permanenti kollha, id-diretturi, id-diretturi ġenerali kollha, il-kapijiet eżekuttivi tal-awtoritajiet kollha u wettaq miżuri negattivi fil-korp tal-pulizija.
Mario de Marco qal li l-poplu kompla jitlef il-fiduċja fil-politiċi minħabba każijiet serji ta’ korruzzjoni li dwahrom il-gvern ma ħax passi. Dan anki jekk kien hemm liġijiet intiżi biex jgħollu l-livelli tal-ħajja pubblika.
Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-gvern wiegħed li jġib l-għaqda nazzjonali; wegħda li mhux biss ma twettqitx iżda l-gvern għamel l-oppost. Hu appella biex kulħadd jagħmel sforz biex l-għaqda nazzjonali titwettaq.
Filwaqt li semma l-ħatriet, Mario de Marco qal li l-firda politika għadha wisq fil-poplu Malti u qal li fil-ħatriet pubbliċi l-gvern għandu jwettaq proċess ta’ konsultazzjoni u konsensus jista’ jagħti lok għall-għaqda nazzjonali.
Mario de Marco semma l-awtoritajiet li suppost għanhdom rwol li jiskruntizzaw lill-gvern u qal li jekk dawn in-nies ikunu appuntati mill-istess gvern, dawn qatt ma jistgħu ikunu awtonomi mill-istess gvern.
Dwar il-finanzi tal-gvern, Mario de Marco qal li hemm rabta bejn l-ekonomija u l-finanzi pubbliċi u sostna aprti mis-sehem mis-suċċess tal-inizjattivi li wettqu gvernijiet Nazzjonalisti.
Meta tkellem dwar l-ekonomija, Mario e Marco qal li l-gvern ma ħoloqx niċeċ ġodda għall-ekonomija, ħlief il-bejgħ tal-passaporti.
Hu ppropona li ssir viżjoni għall-20 sena li ġejjin, sostna Mario de Marco, li semma l-pensjonijiet u appella biex ikun assigurat li kull persuna anzjana jkollha pensjoni li toffri kwalità ta’ ħajja. Il-bini ta’ 500 post soċjali mhux se jsolvi it-3,000 applikazzjoni pendenti.
//= $special ?>