Lokali Parlament

Il-gvern qed jiżnatura l-familja bejn mara u raġel

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li bil-miżuri li qed idaħħal il-Gvern qed jiżnatura l-familja bejn mara u raġel; mudell li tant ta’ kontribut fis-soċjetà għal snin twal.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar id-Diskors tat-Tron, Edwin Vssallo qal li minkejja li rebaħ l-elezzjoni, il-gvern m’għandux mandat elettorali biex il-ħażin isir tajjeb.

Dak li kien il-ħażin qabel l-elezzjoni, jibqa’ ħażin anki wara l-elezzjoni għaliex l-elezzjoni m’hix washing machine li taħsel il-ħażin u ġġibu tajjeb. L-elezzjoni ma taħfirx il-ħtija tal-ħażin.

Il-legat ta’ dan il-gvern se jkun li jikteb mod u jagħmel il-kuntrarju ta’ dak li jkun qed jgħid. Il-gvern hu l-bully u min qed jiqaflu jiġi bullied, sostna Edwin Vassallo, li kompla li waqt li kien qed jinqara d-diskors tal-President, nofs l-impjegati tal-FIAU kienu rriżenjaw.

Dan filwaqt li n-Nexia BT kienet fiċ-ċentru tal-bejgħ tal-passaporti. Il-gvern jitkellem fuq il-kliem sabiħ iżda fir-realtà jagħti transfers vendikattivi propju ftit wara li reġà kien elett il-gvern Laburista.

Edwin Vassallo qla li hu kontra l-liġi dwar iż-żwieġ bejn l-istess sessi għaliex dik mhix il-liġi li issemmiet qabel l-elezzjoni. Hu kompla li l-gvern qed jiżnatura lill-familja bejn raġel u mara bl-ulied kif qdiet lis-soċjetà matul il-gvern biex idaħħal rikonoxximent għal kull tip ta’ relazzjoni oħra. Il-gvern se jiżnatura lill-familja, li hi s-sisien tas-sosċjetà.

Edwin Vassallo tkellem dwar il-faqar u qal li l-gvern qed jagħti ċ-ċiċri lill-poplu joħoldu r-rispett u l-ġieħ li għandu bil-liġijiet li qed jagħmel. Hu qal li l-gvern għandu jnaqqas l-impatt tal-forom ta’ familji li se jinħolqu.

Dwar l-għaqda, Edwin Vassallo qal li l-gvern qed jammeetti li mhux se jilħaq kompromess fuq kollox. Hu appella lill-gvern biex jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jilħaq kompromess. Il-bullying tal-gvern fuq il-poplu sar istituzzjonalizzat.

Edwin Vassallo qed jipproponi li titressaq mozzjoni privata biex issir liġi li tagħti dritt għall-objezzjoni morali fosthom fis-settur tal-mediċina. Hu staqsa dejn se tieħu lil dan il-pajjiż it-tieni repubblika u qal li l-gvern għandu jisħaq fuq it-tolleranza.