Lokali

Il-Panama Papers – Skandlu li seta’ jiġi evitat

Theurer qal li hu sinifikanti li pajjiżi bħal Malta, fejn anke l-uffiċjali tal-gvern jissejħu fil-kuntest tad-Dokumenti tal-Panama, jixtiequ jibqgħu barra minnha. Dan b’referenza għal Konrad Mizzi u Keith Schembri, li għamlu dan b’kollox bil-barka ta’ Joseph Muscat.

Iż-żewġ Co-Rapporteurs tal-Parlament Ewropew Petr Ježek tal-Partit Liberali Ewropew u Jeppe Kofod mis-Soċjalisti Ewropew it-Tnejn ippreżentaw l-abbozz tar-rapport ta’ inkjesta u l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Inkjesta PANA. Petr Ježek qal “L-abbozz ta konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet, ta’ riżultati ta’ sena ta’ xogħol intensiv biex jibni mill-ġdid l-avvenimenti u jiġbor evidenza, partikolarment dwar ir-rwol tal-intermedjarji bħal banek, avukati, accountants jew konsulenti fiskali biex jiffaċilitaw l-ħasil tal-flus, kif żvelat mid-Dokumenti tal-Panama.

Ježek qal li r-rapport jagħmilha ċara li l-prattiki mikxufa mill-iskandlu tal-Panama Papers setgħu jiġu evitati u ma kienx iseħħ jekk il-gvernijiet nazzjonali u l-Kummissjoni kienu ħadu r-responsabbiltajiet tagħhom b’mod serju u implimentaw b’mod attiv il-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-MPE Michael Theurer mill-Partit Liberali fil-Ġermanja ko-ordinatur tal-grupp ALDE tal-Pana eks Co-Rapporteur taż-żewġ Kumitati Speċjali Fiskali żied billi qal li l-ħidma tal-kumitat ta’ inkjesta tal-PANA għamlitha ċara: fil-ġlieda kontra l-evitar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, mhux biss hemm lakuni fil-leġiżlazzjoni iżda wkoll fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Huwa qal li huwa skandlu li s’issa 14-il Stat Membru biss jappoġġjaw il-proġett tal-prosekutur Ewropew.

Theurer qal li hu sinifikanti li pajjiżi bħal Malta, fejn anke l-uffiċjali tal-gvern jissejħu fil-kuntest tad-Dokumenti tal-Panama, jixtiequ jibqgħu barra minnha. Dan b’referenza għal Konrad Mizzi u Keith Schembri, li għamlu dan b’kollox bil-barka ta’ Joseph Muscat.

Huwa qal li f’sitwazzjonijiet bħal din, il-Kummissjoni Ewropea għandha taġixxi u huwa kruċjali li nwaqqfu kapaċità ta’ investigazzjoni Ewropea vera, ibbażata fuq il-mudell tal-FBI.