Lokali

Nar fir-Rinella – m’hemmx lok ta’ allarm

Nirien waqt produzzjoni ta' film fir-Rinella, li kkawżat daħna kbira

L-ebda lok ta’ allarm fin-Nofsinhar ta’ Malta hekk kif dħaħen kbar dehru minn tilgħin mir-Rinella, fil-Kalkara, minn bosta lokalitajiet fil-madwar. Uffiċjali tal-Pulizija li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li n-nar tkebbes hekk kif qed jinħadem film ta’ Bollywood u n-nirien huma kkontrollati.

Jidher li fil-produzzjoni tal-film, qed jinħaraq xini tal-injam.