Internazzjonali Lokali

Ruslana tkanta f’kunċert f’Ħal Qormi għal festa ta’ San Bastjan

Lejn nofs din il-ġimgħa, ser tasal Malta l-kantanta internazzjonali mill-Ukrajna, Ruslana, ir-rebbieħa tal-edizzjoni tal-Eurovision tas-sena 2004. Ruslana ser tkun tkanta mal-Banda tas-Soċjeta` Filarmonika Pinto f’kunċert li ser jittella’ fit-13 ta’ Lulju. Dan ser isir mill-istess banda fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Sebastjan.

Din il-Banda laqgħet diversi kantanti internazzjonali oħra fis-snin li għaddew fosthom Vincenzo Carni u Vincenzo Cantiello. Din is-sena hija sena speċjali hekk kif hija l-155 sena mit-twaqqif tal-istess soċjeta`. Claudia Faniello, l-ambaxxatriċi ta’ Malta fil-Eurovision, ser tkun ukoll qed tkanta f’dan il-kunċert.

L-ispettaklu mużikali se jibda fit-8:30pm fi Triq San Bastjan f’Ħal Qormi u dħul huwa b’xejn.