Ambjent Lokali

‘Save Delimara’ – Kontra li tinbena lukanda ġdida fil-Kalanka

L-organizzazzjoni Save Delimara qed tħeġġeġ lil dawk kollha li qed joġġezzjonaw kontra l-iżvilupp propost f’Kalanka, biex isemmgħu leħinhom kontra l-proġett.

Fi stqarrija, Ryan Abela minn Save Delimara, saħaq li Kalanka tinsab mhedda bi żvilupp ta’ lukanda li se tieħu aktar art, minn dik tal-lukanda delapidata, li ppjanat li tinbena flokha.

Iz-zona tgawdi wirt naturali b’ħafna kummenti diġa minn nies li jżuru ta’ spiss il-bajja jikkumentaw fuq l-impatt negattiv lejn l-estetika tal-post li l-binja taf tagħti jekk din tkompli tikber.

Rapporti mill-EIA, (Environmental Impact Assessment), jgħid dan ukoll filwaqt li saħħaħ il-punt li dan l-iżvillupp jaf ikompli jħalli impatt negattiv fuq l-irdum ta’ Dellimara.

Abela fl-istess stqarrija ħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkummenta fuq is-sit. Tista’ tidħol fuq is-sit billi tagħfas hawnhekk.