Internazzjonali

Sittax-il morin imutu wara tiġrif ta’ ajruplan fl-Istati Uniti

Tal-inqas 16-il persuna mietu meta ajruplan militari Amerikan iġġarraf f’LeFlore, 100 mil fit-tramuntana ta’ Jackson, il-kapital tal-Istat ta’ Mississippi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-22:00(CET) tat-Tnejn filgħaxija.

Id-direttur tat-tmexxija tal-emerġenza ta’ LeFlore, Fred Randle, qal li ħadd ma salva mis-16-il passiġġier abbord l-ajruplan li kien qed jaqdi s-servizzi tal-korp tal-morini Amerikan.

Il-Kap tal-Protezzjoni Ċivili ta’ LeFlore, Marcus Banks, tenna li l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili kellhom jikkonfrontaw nirien minn diversi splużjonijiet kbar,li x’aktarx kienu xprunati mill-fjuwil tal-ajruplan. Intużaw 4,000 gallun ta’ foam sabiex jintfew in-nirien li ħakmu lill-ajrpulan.