Internazzjonali

Tiddeċiedi favur il-projbizzjoni tal-velu tal-wiċċ 

Hind Ahmas wears a niqab despite a nationwide ban on the Islamic face veil outside the courts where she arrived with the intention to pay a fine after she was arrested last May for wearing the niqab in public, in Meaux, east of Paris, on September 22, 2011. Photo courtesy of REUTERS/Charles Platiau *Editors: This photo may only be republished with RNS-FRANCE-NIQAB, originally transmitted on Oct. 20, 2015.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani deċidiet li l-projbizzjoni għall-velu tal-wiċċ imposta mill-Belġju ma tabbużax il-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet Umani.

Id-deċiżjoni tirrigwarda każ li kienu ressqu żewġ nisa li jridu jilbsu l-velu, magħruf bħala niqab, li jgħatti l-wiċċ kollu (ħlief għall-għajnejn) u l-parti ta’ quddiem tal-ġisem.

Kien fl-2011 li l-Belġju ipprojbixxa l-ilbies ta’ veli fil-pubbliku f’każi fejn dawn kienu jaħbu lill-wiċċ parzjalment jew fit-totalità tiegħu. Sadanittant, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani qablet li l-projbizzjoni tiggarantixxi l-kunċett fejn il-membri tas-soċjetà jgħixu flimkien. Ħsieb ieħor, imbagħad, hu ‘għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-ħelsien ta’ ħaddieħor’.

Id-deputati Belġjani, fl-2011, approvaw il-projbizzjoni fuq bażi ta’ sigurtà u biex il-pulizija jkunu jistgħu jidentifikaw lin-nies. Intant, uħud kienu anki ressqu l-argument li l-velu inkwistjoni jissimbolizza l-oppressjoni tal-mara.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani lanqas ma laqgħet il-każ ta’ mara Belġjana li kkuntestat liġi li tliet muniċipalitajiet Belġjani kienu ressqu, fl-2008, bl-iskop li jipprojbixxu l-velu tal-wiċċ.