Illum fetħu n-nomini għall-elezzjoni każwali biex jiġi elett kandidat minflok Therese Comodini Cachia bħala Membru Parlamentari Ewropew. Tliet kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista tefgħu n-nomina tagħhom, dawn huma: Ray Bugeja, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.
Therese Comodini Cachia ħalliet il-kariga tagħha bħala Membru Parlamentari fl-Unjoni Ewropea wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 fuq it-Tmien Distrett.
Din l-elezzjoni każwali biex jiġi elett Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista se ssir nhar it-Tlieta 18 ta’ Lulju.
//= $special ?>