Lokali

Żieda fil-popolazzjoni Maltija

Il-popolazzjoni f'Malta fl-2016

Fl-aħħar ta’ din is-sena, il-popolazzjoni ta’ Malta kienet madwar 440,433. L-immigrazzjoni żiedet il-popolazzjoni b’4,876 persuna.

Fl-2016, kien hemm żieda ta’ 2.3% ta’ trabi li twieldu kkomparat mas-sena ta’ qabel. Mit-total ta’ trabi, 150 minnhom kienu ta’ ommijiet taħt l-eta.

Mit-total tal-popolazzjoni, 19.4% huma nies li għandhom minn 65 sena ‘l fuq. Kien hemm distakk qawwi bejn in-nies li għandhom ‘il fuq minn 89 hekk kif il-popolazzjoni tan-nies tinqasam f’ 1,836 nisa u 806 irġiel.

F’Malta u Għawdex kienu rreġistrati 3,342 imwiet fis-sena li għaddiet, b’7 imwiet għal kull 1,000 persuna.

Il-popolazzjoni ta’ Malta hija 0.1% tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Fl-2016 kienu irreġistrati 3,034 żwieġ f’Malta u f’Għawdex, bil-maġġoranza tan-nies kienu tal-eta` bejn 25 u 34 sena. Iż-żwieġ ċivili jiżdied b’9.9%.

Ikkummenta