Dalgħodu, għall-ħabta tal-3:50am il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, il-Gżira. Hemm irriżulta li anzjana ta’ 67 sena sfat milquta minn vettura waqt li kienet qed timxi fl-akkwati. Il-vettura li laqtet lill-anzjana telqet minn fuq il-post tal-inċident.
L-anzjana hi residenti l-Gżira. Hi ngħatat l-ewwel għajnuna minn żewġ persuni li kienu fil-viċinanzi. Imbgħad ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u iktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tavza lill-pubbliku li kull min għandu xi informazzjoni li tista’ tgħin fl-investigazzjoni dwar dan l-inċident, huwa ġentilment mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, billi jirrikorri fl-eqreb Għassa tal-Pulizija jew iċempel fuq 21 224001 jew 119.
//= $special ?>