L-eks Deputat Mexxej u eks Ministru Laburista Charles Mangion inħatar Chairman tal-Air Malta. Dan kien konfermat mill-Gvern stess. Aktar kmieni sar magħruf li c-Chairperson preżenti, Maria Micallef, irriżenjat mill-ogħla kariga tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Charles Mangion, li diġà kien intagħżel mill-Gvern Laburista bħala Chairman tal-Enemalta, mistenni jkun assistit minn Ray Sladden bħala Deputat Chairman u wara li fil-passat, kien Financial Controller tal-Air Malta.
Matul il-leġislatura li għaddiet, il-Gvern Laburista pprova jiftiehem mal-Alitalia biex ikun sħab fil-linja nazzjonali Maltija. Madankollu, dan il-ftehim ma setax jidħol fis-seħħ meta ċ-Chairman tal-Alitalia Luca di Montezemolo ddikjara li l-linja Taljana ma kinitx lesta tonfoq imqar ewro fl-Air Malta.
Fil-verżjoni stampata, MaltaToday irrapportat li Maria Micallef setgħet spiċċat mill-kariga għax ġiet mitluba tirriżenja. Dan seta’ kien il-każ biex it-tmexxija tal-Air Malta tingħadda speċifikament f’idejn persuna magħżula minn Kastilja.
//= $special ?>

