Dalgħodu fil-Belt Valletta saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-203 snin mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija.
Iċ-ċelebrazzjonijiet li bdew matul il-ġranet li għaddew laħqu l-qofol l-Erbgħa filgħodu bil-parata u l-Gwardja tal-Unur f’Misraħ San Ġwann.
Wara saret quddies fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna u l-Kappillan tal-Korp tal-Pulizija.
L-Arċisqof fl-omelija qal li l-Korp irid iżomm l-awtonomija mill-poter tal-istat u jingħata aktar mezzi biex jaħdem, u jixraqlu kull rispett lejn id-dinjita’ umana.
L-Arċisqof sellem lill-membri tal-Korp li jiġu trattati ħażin minn kriminali u qraba tagħhom.
L-Arċisqof qal li l-Korp għandu bżonn forza li ġġib id-dixxiplina, il-forza tintuża biex jiddefendu l-ġid komuni.