Futbol Sport

Iben Klinsmann ma’ Hertha Berlin

Jonathan Klinsmann (lemin), iben l-eksplejer Jurgen Klinsmann iffirma kuntratt ma’ Hertha Berlin

Jonathan Klinsmann, iben l-eksplejer leġġendarju Ġermaniż Jurgen Klinsmann iffirma kuntratt professjonali mat-tim ta’ Hertha Berlin.

F’dawn l-aħħar ġimgħat hu kien qiegħed bi prova ma’ dan il-klabb u issa se jibda jilgħab mat-tim fuq bażi permanenti.

Ta’ min jinnota li Jonathan, li hu gowlkiper għandu ċittandinanza doppja, dik Ġermaniża u Amerikana u diġa’ lagħab mat-tim Amerikan ta’ taħt l-20 sena.

Missieru Jurgen, f’Novembru li għadda tkeċċa minn kowċ nazzjonali tal-Istati Uniti.