Lokali

Il-Gvern jpoġġi lil Maria Micallef fit-tmexxija tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt

Maria Micallef ser tkun qed tmexxi il-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt. Dan hekk kif filwaqt li l-Uffiċju tal-Prim Ministru qiegħed ifassal din il-korporazzjoni, għoġbu jpoġġi lil Micallef fit-tmun tat-tmexxija wara li kienet ilha Chairperson tal-AirMalta sa mill-2014.

Aktar kmieni din il-ġimgħa hija rreżenjat minn din il-pożizzjoni hekk kif illum tħabbar il-bord il-ġdid bl-eks Membru Parlamentari Laburista Charles Mangion jinħatar flokha.

Wara dawn il-mossi u sostituzzjonijiet fi stqarrija l-Gvern saħaq li jemmen li Maria Micallef ser tkun qed turi l-istess dedikazzjoni u passjoni li offriet għal-linja tal-ajru nazzjonali li preżentament mhux sigriet li tinsab fi kriżi.