– David Agius, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Agius qal li l-isport se jibbenefika mil-liġi li biha atleti ta’ eċċellenza se jingħataw iċ-ċittadinanza Maltija biex jipparteċipaw fit-timijiet nazzjonali Maltin.
F’diskors fil-parlament David Agius qal li din hi liġi li tidħol fl-isport u staqsa kif se ssir konklużjoni li xi ħadd hu superjuri fuq is-settur lokali. Hu sostna li jeħtieġ li tingħata attenzjoni għaliex qed jingħażel dan il-kliem u kif se tingħażel persuna minn oħra.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kull player li hemm fit-tim nazzjonali Malti jrid ikun qed jilgħab ma’ klabb u għalhekk il-klabbs Maltin se jibbenefikaw minn din iżda trid tkun ċara li trid tkun l-MFA li tipproponi l-atleta fil-każ tal-futbol.
Hu staqsa wkoll kemm irid jibqa’ jagħti sehmu l-atleta f’Malta biex din tibqa’ valida u staqsa x’dokumentazzjoni se jkun hemm biex ċittadinanza titneħħa meta atleta jiddeċiedi li ma jibqax jagħti kontribut fil-pajjiż.
David Agius semma r-residenza ta’ 12-il xahar u staqsa jekk tistax tkun xkiel biex akkademiċi jieħdu ċ-ċittadinanza. Dwar min jagħmel l-evalwazzjoni, David Agius staqa jekk hemmx bżonn li jkun perjodu twil beix il-players ikunu approvati u jingħataw iċ-ċittadinanza. Il-parlament għanddu janalizza s-sitwazzjoni li tinħoloq f’dawn iċ-ċirkostanzi.
David Agius enfażizza l-importanza tar-sorvelja ta’ dak li jkun qed diseħħ.
//= $special ?>