Min se jippjana biex iżur il-gżira ta’ Hvar fil-Kroazja, magħrufa l-iktar għad-divertiment, għandu jkollu mġiba tajba matul il-btala tiegħu das-sajf għaliex is-Sindku elett, Rikardo Novak, għadu kif introduċa penali li jrażżnu lit-turisti storbjużi.
Is-sena l-oħra, il-Kroazja, b’popolazzjoni ta’ 4.2 miljuni, laqgħet mas-16-il miljun turist f’postijiet turistiċi u gżejjer tul il-kosta Adrijatika bħal Hvar u Novalja. Għalhekk, it-turiżmu huwa wieħed mill-aktar setturi importanti għall-ekonomija Kroata.
Jekk wieħed se jingaġġa f’attivitajiet ‘anti-soċjali’ ġewwa Hvar, bħal tiekol u tixrob fil-pubbliku, torqod barra jew iddur fit-toroq bil-malja, wieħed jistenna li jlaqqat ċitazzjoni sa €700. U min kien beħsiebu jdur fit-toroq b’żaqqu barra mingħajr flokk, se jdabbar ċitazzjoni ta’ €500.
Novak stqarr mal-midja Kroata kif dawn il-miżuri għandhom ibiddlu drawwiet ħżiena bħal meta wieħed jagħmel il-bżonnijiet tiegħu jew jirremetti barra fit-triq.
“It-turisti żgħażagħ huma milqugħa hawnhekk iżda jeħtieġ li jitgħallmu kif iġibu ruħhom sew.”
//= $special ?>