L-istorja ewlenija ta’ In-Nazzjon tittratta dak li qiegħed jiġri minn wara l-kwinti b’rabta mal-elezzjoni ta’ għada għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista. In-Nazzjon ifisser kif din l-elezzjoni hi logħba oħra ta’ Joseph Muscat fid-difiża ta’ Konrad Mizzi, b’nies prominenti fil-Partit Laburista jmexxu l-kelma li l-għażla ta’ Muscat hi għall-Ministru Edward Scicluna.
In-Nazzjon jippubblika l-istorja b’rabta mal-liġi li mistennija tgħaddi mill-Parlament illejla dwar żwieġ għall-persuni tal-istess sess – liġi li ż-żewġ partiti kienu wegħduha qabel l-elezzjoni.
Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw kif f’Malta m’hawnx liġi tal-fire safety, kif ukoll rapporti tad-dibattiti li qed isiru din il-ġimgħa fil-Parlament.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi ta’ David Casa, Justin Schembri u Ivan Bartolo.
//= $special ?>