Lokali

Oħloq Tbissima fi tmiem din il-ġimgħa

L-aħħar preparamenti għall-maratona

Mill-Ġimgħa sal-Ħadd se tkun għaddejja l-maratona Oħloq Tbissima. Maratona ta’ 60 siegħa b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl l-MSSP.

Din hi maratona li l-iskop tagħha hu li bil-flus miġbura jkunu mgħejuna dawk l-aktar fil-bżonn fil-Peru, fil-Pakistan u anke fil-Filippini. Parti mill-flus miġbura jmorru anke b’risq Dar San Ġużepp, ta’ Santa Venera. Din id-dar tilqa’ 15-il resident ta’ etajiet differenti.

Fr Gigi Mallia spjega ma’ netnews.com.mt li se jkunu qed jgħalqu 50 sena minn mindu s-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl bdiet tmur il-Peru biex tgħin lil dawk fil-bżonn.

L-Għan tal-maratona ta’ din is-sena hu li jinġabru kemm jista jkun flus bil-għan jkompli jinħoloq il-ġid. Il-Maratona oħloq tbissima ser tixxandar fuq l-istazzjonijiet tat-televizjoni lokali, fosthom Net Television.